Tuesday 8th March 2016
Tigrija Monte

Il-Kunsill tal-Malta Racing Club qed jippjana li ssir Tiġrija Monte nhar il-Ġimgħa 15 t'April bejn 8 t'iżwiemel fejn erbgħa jinstaqu minn Sewwieqa nisa Svediżi u erbgħa minn Sewwieqa Maltin. Din it-tiġrija ser tkun fuq format gymkhana b'distanza ta' 2140m.


Il-pjan hu li ssir Klassi Silver bil-possibilta li ssir ukoll waħda Klassi Premier.


Il-premju tat-tiġrija ikun wieħed aħjar minn tiġrija normali fejn l-ewwel premju tas-Silver mistenni jkun ta' 630 ewro u dak tal-Premier 900 ewro. Tingħata wkoll tifkira lir-rebbieħ tat-tiġrija.


Peress li għal tiġrija bħal din iridu jsiru preparamenti minn qabel kemm mis-sidien kif ukoll mis-sewwieqa min hu nteressat li jikteb iż-żwiemel tiegħu għandu jikkuntattja lil Mark Consiglio fl-uffiċju tal-Malta Racing Club. Il-kitba propja tkun nhar it-2 u 3 t'April u jekk ikun hemm aktar minn 8 t'iżwiemel dawn jintgħażlu skond il-punti.


Is-sewwieqa mistiedna Svediżi huma dawn bir-rebħiet f'dawn l-aħħar ħames snin:


Asa Svensson (104 rebħiet)
Emilia Leo (35 reb
ħa)
Iina Aho (26 reb
ħa)
Nathalie Blom (12 il-reb
ħa)


Is-sewwieqa Maltin jintgħażlu mis-sidien.


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 


 


MRC/02/16