Sunday 1st May 2011
X'JGHIDU L-GAZZETTI ...


Sacrobate jirraporta fuq il-gazzetta tal-Hadd "It-Torca" billi jghati prominenza liz-zewg finali tal-kampjonat Assikura li ser issiru illum, filwaqr li nsibu dettalji fuq il-partecipanti kollha. Huwa jghati wkoll prominenza lit-tigrijiet l-ohra tat-trot fuq distanza twila ta' 3140 metru, u z-zewg tigrijiet tal-galop, preparazzjoni ghall-famuza Mediterranean Derby tas-7 ta' Gunju.

Fuq il-gazzetta l-ohtra bil-Malta "Il-Mument", Kenneth Vella jikteb ukoll fid-dettal rigward il-finali tal-kampjonat Assikur u z-zewg tigrijiet tal-galopp. Fil-pagna solita tieghu tal-Hadd Kenneth Vella jghati dettalji dwar it-tigrijiet taz-zwiemel fl-Italja, partikolarment dwar iz-ziemel ta' tlett snin sensazzjoni fl-Italja ON THE WAY GRIF. Isemmi wkoll ir-rebha ricenti fil-Prix de Atlantique fil-korsa ta' Enghien fi Franza miz-ziemel MAIN WISE, misjuq mil-gerrej famuz Pierre Levesque.

Mid-dinja tal-Galop, "il-Mument" jirraporta li s-sewwieq ta' 16 il-sena William Twiston Davies, iben il-famuz Nigel, rebbieh tal-Grand National kif ukoll ic-Celthenham Gold Cup matul dawn l-ahhar snin. Iz-zaghzugh Willie Twiston-Davies kien sar l-izghir sewwieq li rebah tigrija fil-korsa famuza ta' Aintree meta rebah il- "Foxhunter Chase".

Fuq is-sit tal-internet Malta Star, Lorraine Cunningham tirraporta fuq is-sewwieq Malti Michael Sultana, bir-rapport ta' kull gimgha intitolat " Zewg rebhiet ghall-Michael Sultana fil- Belgium". Malta Star jirraporta wkoll fuq il-Finali tal-Assikura u zewg tigrijiet tal-galopp. Hija wkoll taghti dettalji rigward l-ahhar testijiet pozittivi tad-doping kif ukoll dettalji dwar is-sustanzi projbiti misjuba.

Fl-ahhar nett, l-artikolisti kollha jghamlu il-previzjonijiet taghhom... min jaf, jekk jaqtawx minnhom!!!